Il-Ħadd, 11 ta’ Jannar 2009

- Siġra tal-Milied minn affarijiet riċiklati.

Proġett kbir li għamilna dan il-Milied kienet Is-Siġra tal-Milied magħmula kollha kemm hi minn affarijiet użati. Ħafna tfal minn klassijiet differenti ħadu sehem f'dan il-proġett billi ġabu l-materjali li użajna. Ħafna tfal ġew waqt il-ħin tal-brejk biex jgħinu ħalli din is-siġra titlesta.


Is-siġra saret minn ħafna fliexken tal-plastik li ġabu t-tfal. Kienu ħafna dawk it-tfal li ġabu l-fliexen.

Biex waħħalna kollox m'użajna xejn ħlief glue gun.




Bħala qasrija użajna barmil miksi b’foam irqiq li jippakkjaw l-affarijiet fih biex ma jinkisrux meta nixtru xi ħaġa. Dan żejjinnieh b’ħafna karti kkuluriti minn magazins.



L-anġlu sabiħ ta’ fuq is-siġra sar minn flixkun tal-plastik miksi bil-boroż użati. Il-ġwienaħ mill-istess materjal li ksejna l-barmil bih u għar-raġġiera użajna l-burdura ta’ kontenitur tal-fojl. Biex joqgħod sew fuq is-siġra l-anġlu twaħħal ma’ CD ħażina.
Fl-aħħar żbajna l-qiegħ ta’ kull flixkun biex jiġu qishom bozoz.


Fl-aħħar is-siġra kienet lesta biex inpoġġuha fejn il-bieb tal-iskola biex ikun jista' jammiraha kulħadd!!

1 comment:

  1. Ghaziz Axyl,

    kemm qed niehu pjacir nara dawn ir-ritratti li poggejtu fuq dan il-blog.
    Jidher li qed toqghodu attenti hafna biex ma tahlux u tergaw tuzaw materjal li kieku kien ser jispicca mormi u jkompli jaghmel aktar hsara lil ambjent ta madwarna.
    Min jaf kemm hadtu gost tarmaw u zzejnu ghall-Milied!!
    Jien dalwaqt nerga nigi l-iskola taghkom biex nergghu niltaqghu ftit u tirrakuntawli x'qed taghmlu biex ikollkom ambjent sabih u hafna aktar nadif fl-iskola taghkom. Ambjent sabih u nadif izommkom dejjem aktar ferhanin u b'sahhitkom.

    Nibaghat inselli ghall-kumplament tal-kumitat u niltaqghu ma ndumux.

    Johann Gatt
    Ekoskola

    ReplyDelete