Il-Ġimgħa, 9 ta’ Jannar 2009

- EkoMilied

Dan il-Milied, il-Kumitat EkoSkola qabel li kulħadd ser joqgħod attent għall-affarijiet li jintużaw f'dan iż-żmien biex, kemm jista' jkun, nagħżlu affarijiet li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. Għamilna enfasi wkoll fuq l-użu mill-ġdid ta' affarijiet użati. Hawn taħt ser taraw ftit eżempji tax-xogħol li għamilna.

Dekorazzjonijiet

Dawn huma xi dekorazzjonijiet li saru. It-tfal użaw il-kartun tal-pakketti użati taċ-ċereali. Biex il-figuri jkunu jistgħu jżommu dritti użaw rollijiet tat-toilet paper.






Anġli tal-Milied.
Biex saru dawn l-anġli sbieħ intuża l-kartun tal-pakketti taċ-ċereali wkoll.






Kartolini
Xi tfal tal-klassi tat-tieni sena għamlu kartolini tal-Milied sbieħ ħafna. Biex għamlu l-kartolini użaw karti li minn wara kienu diġà użati. Dawn il-kartolini bagħtuhom lil tifel li huwa marid. Dan it-tifel joqgħod il-Polonja.






Iżjed Kartolini....
It-tfal tal-klassijiet tal-Kinder użaw kartolini tal-Milied antiki biex għamlu dekorazzjonijiet jew kartolini oħra sbieħ ħafna.




Iżjed Affarijiet ....

Collage mir-wrapping paper użati.


Stilla tal-Milied bil-fojl użat.




Katini tal-Karti
It-tfal tal-kindergarten għamlu katini bil-karti użati biex iżejnu bihom. Dawn il-karti żebgħuhom, qasqsuhom imbagħad waħħluhom flimkien biex jagħmlu katina twila.














Inizjattivi

Xi tfal ħadu l-inizjattiva u d-dar għamlu xi dekorazzjonijiet tal-Milied minn affarijiet użati. Dawn huma xi wħud.

James għamel qanpiena tal-Milied. Din il-qanpiena sabiħa għamilha b’tazza tal-yoghurt u biex għamel il-manku uża karta ħażina. Wara li waħħal kollox flimkien kesa kollox b’karta kkulurita tal-Milied użata. Matthew għamel dawn il-qniepen żgħar għal mas-siġra tal-Milied. Dawn għamilhom mill-għotjien tal-yoghurt. Prosit lil dawk kollha li ġabu xi affarijiet li għamlu d-dar!!






3 comments:

  1. Nixtieq ngħid prosit lill-kumitat EkoSkola kollu. Naturalment prosit ukoll lill-għalliema li jgħinuhom fix-xogħol tagħhom.

    Grazzi tal-idejat li tajtuni għad-dekorazzjonijiet tal-Milied. Bil-permess tagħkom sena oħra nagħmel bħalhom - imma ngħid lill-ħbieb tiegħi li l-idejat gibthom mingħandkom.

    Ibqgħu aħdmu hekk tfal, għax bis-saħħa tagħkom ikollna ambjent ħafna aħjar u ħajja isbaħ.

    Bravi u Prosit mill-ġdid.

    Mario Camenzuli (EkoSkola Coordinator)

    ReplyDelete
  2. Nixtieq nghid prosit lil Ms.Karen u lit-tfal ta' Birzebbugia ta' dan il-blog. Permezz ta' dan il-Blog, intom twasslu x-xoghol tajjeb li taghmlu lil skejjel ohra ;)
    Christina Vella
    eLearning peripatetic teacher

    ReplyDelete
  3. nixtieq nghid proset li tfal ta ms herbert

    ReplyDelete