L-Erbgħa, 1 ta’ April 2009

Il-Pingwini

L-aħħar lezzjoni li għamlu Jacob u Omar kienet dwar il-Pingwini. Anke jekk Malta m'għandiex Pingwini xorta waħda tajjeb li nitgħallmu dwarhom għax jekk inniġġsu l-baħar inkunu mhux biss qed nagħmlu ħsara lill-baħar ta' madwarna imma wkoll lill-baħar li qiegħed 'il bogħod.

Mhux it-tniġġis tal-baħar biss li qed jagħmel ħsara lill-pingwini imma anke it-tibdil tal-klima. Minħabba ħafna sħana s-silġ idub u jista' jasal żmien meta l-pingwini ma jkollhomx iżjed fejn joqogħdu. Mela rridu nieħdu ħsieb ta' kollox anke jekk b'affarijiet żgħar għax l-effett jista' jkun wieħed kbir.
Isimgħu lil Omar u Jacob jgħallmuna dwar il-Pingwini.

3 comments:

  1. Omar u Jacob,

    mill-ġdid prosit tal-lezzjonijiet li qed tagħmlu. Dejjem nitgħallem xiħaġa ġdida.
    Qed nibghatilkom din il-link :

    http://images.google.com.mt/imgres?imgurl=http://i239.photobucket.com/albums/ff80/talkinitback/turtle-1.jpg&imgrefurl=http://www.plasticbagfree.com/iframe_facts.php&usg=__GReC4IxGEiHuGMs7NhsgFqxTrOE=&h=299&w=515&sz=191&hl=mt&start=33&tbnid=BIwNabQXAym_2M:&tbnh=76&tbnw=131&prev=/images%3Fq%3Dturtle%2Bplastic%2Bentangled%26gbv%3D2%26ndsp%3D18%26hl%3Dmt%26sa%3DN%26start%3D18

    biex forsi tistaqsu lil Ms Karen Vella Pace ħalli tfehemkom x'qed jiġrilhom dawn l-għasafar u forsi tistgħu tagħmlu xi lezzjoni fuqhom.

    X'nistgħu nagħmlu aħna tfal biex dawn l-għasafar ma jibqgħux isofru u jmutu?

    Prosit u saħħa tfal!

    Johann Gatt
    Ekoskola

    ReplyDelete
  2. http://ekobirzebbuga.blogspot.com/2009/03/mit-tfal-gat-tfal.html#comments

    ReplyDelete
  3. jacom elaida http://ekobirzebbuga.blogspot.com/2009/03/mit-tfal-gat-tfal.html#comments

    ReplyDelete