Il-Ħamis, 5 ta’ Marzu 2009

Nisseparaw l-Iskart fil-Klassi

Fil-Klassijiet kollha tal-iskola tagħna t-tfal u l-għalliema ħadu ħsieb li jkun hemm postijiet fejn l-iskart tal-klassi jkun mormi bis-sens. Bradley Aquilina u Katrina Cassar (tal-1 sena) ħadu ħsieb li fil-klassi tagħhom ikun hemm kaxxi li fihom jistgħu jarmu l-iskart u jisseparawh fl-istess ħin. Huma ħadu gost jagħmlu dawn il-kaxxi sbieħ ukoll.



Salvatore ġietu l-idea li jagħmel kaxxa biex fiha jinġabru xi ġugarelli jew affarijiet oħra mkissrin ukoll.



Isimgħu lil Katrina u lil Bradley jgħidulna kif u għaliex għamlu l-kaxxi!

3 comments:

  1. Gheziez tfal tal-kumitat Ekoskola,

    ergajt qed niehu gost hafna nara x'qed taghmlu intom fl-iskola ta Birzebbugia biex tghinu halli jkollkom ambjent dejjem isbah u ahjar ghal sahhitkom.
    Fil-klassi taghkom biss qeghdin tisseparawh l-iskart?
    Hemm xi klassijiet ohra li qed jisseparaw l-iskart?
    U meta ikollkom xi karta bil-kitba fuq naha naqbad u npoggiha fil-bin tal-karti jew nista' nerga' nuzaha qabel?
    Ghalfejn hemm bzonn li nnaqqsu l-iskart?
    Il-plastik u l-karta tafu x'isir minnhom meta jingabru ?

    Naf li jkollkom hafna x'taghmlu imma meta tergghu tiltaqghu jekk tistghu sibu hin biex twiegbu dawn id-domandi.

    Ghandi seba mitt sena sakemm nerga' nisma' minghandkom tfal. Prosit hafna hafna hafna!

    Johann Gatt

    ReplyDelete
  2. Prosit ta' l-inizjattivi sbieh taghkom. Issa ghidu lil shabkom u lill-genituri taghkom biex dak li taghmlu intom jaghmluh huma wkoll. Id-dinja vera qed tiehu gost bikom! Komplu sejrin hekk u zgur li jkollna dinja isbah u ahjar.

    Keepit up!

    ReplyDelete
  3. Prosit tfal,

    Ma nafx kif tlahhqu taghmlu dan kollu! Tassew prosit! hadt gost hafna nitghallem minn ghandkom dwar kif hdimtu l-kaxxi.
    Fid-dar ghamilt bhalkom u issa lill-familja tieghi qed nghidilhom "Dan qeghdin naghmluh bis-sahha tat-tfal ta'Birzebbuga."

    Komplu ahdmu ghax qeghdin taghmlu hafna gid lil kulhadd.
    Prosit!

    Mario

    ReplyDelete